start date June 22, 2024
map icon Valletta

Valletta Pageant of the Seas

22/06/2024
9:00 PM - 11:00 PM
Grand Harbour,Valletta

Valletta Pageant of the Seas

An image showing a boat in the sea reflecting the 2024 theme of the Valletta Pageant of the Seas 'Save the Sea'

Dan l-avveniment eċċitanti li jittella’ kull sentejn jirritorna fil-Port il-Kbir nhar it-22 ta’ Ġunju 2024, bi spettaklu grandjuż li issa sar sinonimu ma’ din is-serata mtella’ mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

L-ispettaklu ta’ din is-sena, bit-tema “Insalvaw l-Ibħra Tagħna”, jittratta narrattiva animata kkumplimentata minn mużika oriġinali miktuba apposta għall-avveniment, kif ukoll funtana fuq l-ilma u logħob tan-nar, li żgur li ser idawlu l-Port il-Kbir kif dejjem mistenni mill-Valletta Pageant of the Seas!

Ingħaqad magħna għal lejla spettakolari f’dan l-avveniment imtella’ fl-isfond stupend tal-Port il-Kbir fil-Belt Valletta. Dan l-ispettaklu straordinarju, li issa jinsab fil-ħames edizzjoni tiegħu, se jkollu wirja mill-isbaħ ta’ dgħajjes tradizzjonali, mużika, animazzjonijiet, funtani tal-ilma, u logħob tan-nar.

Fost l-attrazzjonijiet ewlenin tas-serata, li tibda fid-9PM, hemm il-mużika oriġinali mill-pinna ta’ Cyprian Cassar li ser tiġi akkumpanjata minn 80 dgħajsa tradizzjonali Maltija li ser idawru l-Port il-Kbir fi sfilata kkulurita, filwaqt li l-Forti Sant’Anġlu jservi bħala sfond għall-ispettaklu kollu, fejn ser naraw animazzjonijiet maħluqa minn Mad About Video, ibbażati fuq script miktub minn Jean Pierre Magro.

Il-qofol tas-serata ser ikun spettaklu ta’ funtana tal-ilma sinkronizzata mal-mużika u d-dwal f’nofs il-Port il-Kbir imtella’ minn Aquatique Show, magħrufa għall-ispettakli tagħhom fil-ftuħ tat-Tazza tad-Dinja tal-Qatar fl-2022.  Il-movimenti tal-funtana se tkun sinkronizzata mal-kompożizzjoni mużikali ta’ Cyprian Cassar, kif ukoll mal-piroteknika ta’ Jason Busuttil.

Kun żgur li tasal kmieni biex tiżgura post tajjeb biex tesperjenza dan l-avveniment uniku. Huwa rakkomandat li wieħed isegwi dan l-avveniment Xatt il-Barrieri fiż-żona Ta’ Liesse.

L-avveniment huwa bla ħlas!

Event Spaker:

Led by the award-winning author of 100 Conversations for Career Success, and CEO of the career management firm.

Executive XpeedStudio LLC

Sr. Engineer XpeedStudio LLC

Product Lead XpeedStudio LLC

Venue Direction:

From the moment you embark on a job search, you are inundated with “do this, do that,” by well-intentioned friends and colleagues. But, all of those random

360° Live Tour:

From the moment you embark on a job search, you are inundated with “do this, do that,” by well-intentioned friends and colleagues. But, all of those random

Share on Social

Related Events

An image showing a portrait depicted by Anthony Spagnol
Visual Arts

Visual Arts Exhibition: Anthony Spagnol

03/12/2024 - 08/01/2025
Il-Palazz tal-Granmastru, Il-Belt Valletta

Għall-wirja annwali tal-arti viżiva ta’ din is-sena, il-VCA

An image showing compoiser Giuseppe Verdi
Music

Ir-Requiem ta’ Verdi

23/11/2024
Dar il-Mediterran Għall-Konferenzi, Il-Belt Valletta

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta bi pjaċir tippreżenta kunċert

A photo showing attendees during the Valletta Local Food Festival
Gastronomy

Valletta Local Food Festival

18/10/2024 - 20/10/2024
Valletta Design Cluster

Lest għal avventura kulinari fil-Valletta Design Cluster, fejn