start date July 25, 2022
map icon Il-Belt Valletta

Valletta Pageant of the Seas 2022

25/07/2022 - 26/07/2022
11:30 PM - 1:30 AM
Fast Ferry Terminal il-Belt Valletta ,Il-Belt Valletta

Valletta Pageant of the Seas 2022

Għall-ewwel darba minn wara l-pandemija, l-pubbliku huwa mistieden jattendi f’Xatt il-Barrieri, il-Belt Valletta.

L-attivitajiet se jibdew fit-8:00 ta’ filgħaxija bit-Tellieqa Telliqun; kompetizzjoni divertenti fil-Port il-Kbir bejn numru ta’ timijiet li se jtellqu l-inġenji tal-baħar li jkunu bnew huma stess mingħajr l-użu ta’ imqadef, magni, jew għajnuna oħra. Kull inġenju tal-baħar se jkun imsemmi għal vapuri tal-forzi navali Ingliżi li kienu preżenti fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija.

Is-serata mbagħad tissokta b’kunċert ta’ mużika popolari mmexxija minn Maestro Paul Abela u s-, bis-sehem ta’ The Palace String Orchestra taħt id-direzzjoni mużikali ta’ Ryan Paul Abela u b’effetti bid-dawl li ser jieħdu lill-udjenza lura fiż-żmien għall-era tal-erbgħinijiet. Fl-istess ħin, ser issir ukoll edizzjoni speċjali tar-regatta bil-lejl bil-parteċipazzjoni ta’ sitt klabbs minn madwar il-Port.

Il-prestazzjoni ewlenija se tkun tikkonsisti f’esperjenza teatrali u awdjoviżiva taħt id-direzzjoni ta’ Lee N Abela, li se tesplora l-esperjenza tal-Maltin matul dawk iż-żminijiet, permezz ta’ projezzjonijiet fuq il-faċċata tal-Forti Sant’Anġlu u bis-sehem tal-Moveo Dance Comany kif ukoll ta’ atturi prominenti lokali fosthom Theresa Gauci, Paul Portelli, Charlotte Grech, Cassandra Spiteri u ħafna ohrajn.

Is-serata tagħlaq bil-kbir permezz ta’ installazzjoni bin-nar fuq il-baħar u spettaklu kbir tal-logħob tan-nar.

Dan l-avveniment qed jittella bl-appoġġ ta’ Visit Malta, l-Forzi Armati ta’ Malta u Tug Malta.

Event Spaker:

Led by the award-winning author of 100 Conversations for Career Success, and CEO of the career management firm.

Executive XpeedStudio LLC

Sr. Engineer XpeedStudio LLC

Product Lead XpeedStudio LLC

Venue Direction:

From the moment you embark on a job search, you are inundated with “do this, do that,” by well-intentioned friends and colleagues. But, all of those random

Share on Social

Related Events

An image showing Christmas lights during Christams in the Capital
Christmas

Christmas in the Capital

25/11/2024 - 24/12/2024
Madwar il-Belt Valletta

Iċċelebra l-istaġun tal-Milied permezz tal-Programm imżewwaq b’attivitajiet tal-Aġenzija

An image showing a portrait depicted by Anthony Spagnol
Visual Arts

Visual Arts Exhibition: Anthony Spagnol

03/12/2024 - 08/01/2025
Il-Palazz tal-Granmastru, Il-Belt Valletta

Għall-wirja annwali tal-arti viżiva ta’ din is-sena, il-VCA

A photo showing St George's Square during the Valletta Green Festival
Festival

Valletta Green Festival 10th Edition

03/05/2024 - 12/05/2024
Pjazza San Ġorġ, Il-Belt Valletta

Agħmel passejn fi ġnien fantastiku f'wieħed mill-ispazji miftuħa