Lest għal avventura kulinari fil-Valletta Design Cluster, fejn it-tradizzjoni Maltija tingħaqad mal-innovazzjoni f’festa għas-sensi?
Duq it-togħmiet Maltin permezz ta’ taħlita armonjuża ta’ ingredjenti lokali. Dan il-festival ilaqqa’ koki, artiġjani tal-ikel, u lil dawk entużjasti fid-dinja tal-kċina biex jiċċelebraw ir-rikkezza tal-gastronomija Maltija.
Din hija esperjenza immersiva li twiegħed sorpriżi mill-itjeb filwaqt li żżewweġ it-tradizzjoni mal-innovazzjoni. Skopri t-togħmiet uniċi li jiddefinixxu l-pajsaġġ kulinari Malti!
Il-Valletta Loca Food Festival se jitella nhar il-Ġimgħa 18 u s-Sibt 19 ta’ Ottubru mis-6pm sal-11pm u l-Ħadd 20 ta’ Ottubru bejn l-10am u l-5pm.