start date
map icon

Valletta Green Festival

01/01/1970

Valletta Green Festival

Hekk kif Malta għadha għaddejja bil-ġlieda tagħha kontra l-imxija tal-Covid-19, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta se tkun qed twassal il-Valetta Green Festival ġewwa d-djar tan-nies permezz ta’ ‘online streaming’ bla ħlas bejn is-7 u l-10 ta’ Mejju. B’hekk il-pubbliku se jkollu l-opportunità jgawdi dan l-avveniment ta’ kull Rebbiegħa b’mod sigur mill-kumdità tad-dar.
 
Il-VCA se tkun qed taħdem ma’ Skyline Webcams biex tipprovdi ‘live streaming’ tal-infjorata ġewwa Pjazza San Ġorġ, sinonima mal-Valletta Green Festival, grazzi għal kamera li se titpoġġa fuq il-Palazz tal-Granmastru, li se toffri veduta mill-aqwa tal-pjazza. Il-pubbliku se jkun jista’ jara l-infjorata billi jaċċessa din il-kamera x’ħin jixtieq tul il-jiem tal-festival.
 
Xogħol l-artista Lisa Marie Kähler, u ispirata mid-disinni ta’ fjuri u l-forom tal-Art Nouveau, l-infjorata bl-isem ta’ ‘Beeodiversity’ titfa’ dawl fuq il-bijodiversità, it-tema tal-Valletta Green Festival għal din is-sena. Tinkludi varjetà ta’ elementi li jirrappreżentaw l-ambjent tagħna, inklużi l-flora u l-fawna lokali. In-naħla hija l-punt fokali ta’ dan id-disinn, li għandu l-għan li jqajjem kuxjenza dwar dak kollu li huwa ta’ riskju għall-bijodiversità. Permezz ta’ dan id-disinn, il-pubbliku huwa mħeġġeġ isostni ekosistema b’saħħitha li tista’ tibqa’ titgawda minn ħafna ġenerazzjonijiet.
 
L-infjorata ta’ din is-sena mhix biss magħmula mill-fjuri, li qed jitkabbru mill-Environmental Landscapes Consortium (ELC), iżda wkoll minn materjali organiċi u sostenibbli oħra, bħal-lumi u l-qxur tal-lewż. Il-fjuri jirrappreżentaw lin-naħal bħala d-dakkara.Permezz ta’ dan il-proċess, in-naħal għandhom rwol importanti fl-ekosistema hekk kif jgħinu lis-siġar u l-pjanti biex jikbru, li mbagħad joħolqu l-ikel u l-kenn għal speċi oħra. L-għasafar estinti u l-iljunfanti żgħar jirrappreżentaw it-telfa li nsofru jekk nitilfu lin-naħal, hekk kif dawn qegħdin f’riskju minħabba t-tniġġis fl-arja, il-biedja kummerċjali u t-telf tal-ambjent naturali. Il-mewġ jirrappreżenta l-ilma li għandu rwol ewlieni fis-sopravivenza tagħna. Iż-żona bir-ramel tirrappreżenta lill-ġenerazzjonijiet tal-futur, li jixraqilhom jirtu ambjent san. Hija żona ta’ potenzjal, żona fejn l-azzjonijiet tagħna se jiddeterminaw jekk in-natura hux se titħalla bla ħajja u mingħajr bijodiversità.

Event Spaker:

Led by the award-winning author of 100 Conversations for Career Success, and CEO of the career management firm.

Executive XpeedStudio LLC

Sr. Engineer XpeedStudio LLC

Product Lead XpeedStudio LLC

Share on Social

Related Events

An image showing a portrait depicted by Anthony Spagnol
Visual Arts

Visual Arts Exhibition: Anthony Spagnol

03/12/2024 - 08/01/2025
Il-Palazz tal-Granmastru, Il-Belt Valletta

Għall-wirja annwali tal-arti viżiva ta’ din is-sena, il-VCA

A photo showing St George's Square during the Valletta Green Festival
Festival

Valletta Green Festival 10th Edition

10/05/2024 - 19/05/2024
Pjazza San Ġorġ, Il-Belt Valletta

Agħmel passejn fi ġnien fantastiku f'wieħed mill-ispazji miftuħa

A photo showing attendees during the Valletta Local Food Festival
Gastronomy

Valletta Local Food Festival

17/10/2024 - 19/10/2024
Valletta Design Cluster

Lest għal avventura kulinari fil-Valletta Design Cluster, fejn