start date May 1, 2023
map icon Valletta

Valletta Green Festival

01/05/2023 - 07/05/2023
10:00 AM - 1:00 AM
Pjazza San Ġorġ,Valletta

Valletta Green Festival

A photo showing plants and trees at St George's Square during the Valletta Green Festival

Ingħaqad magħna għall-Valletta Green Festival li joffri ġnien fantastiku fi Pjazza San Ġorġ, waħda mill-akbar żoni miftuħa tal-Kapitali.

Il-festival jiftaħ it-Tnejn l-1 ta’ Mejju b’aktar minn 18,000 pjanta ta’ kull varjetà u kulur u l-ġnien jista’ jitgawda sal-Ħadd 7 ta’ Mejju.

L-attivitajiet jibdew mill-Erbgħa 3 ta’ Mejju sal-Ħadd 7 ta’ Mejju mill-10am sat-8pm kuljum u mill-10am sal-10pm il-Ħadd.

A photo showing performers during the Valletta Green Festival Opening
Mużiċisti waqt il-ftuħ tal-Valletta Green Festival

L-akbar edizzjoni tal-Valletta Green Festival li qatt ittellgħat testendi minn Pjazza San Ġorġ għal Triq it-Teatru l-Antik, Pjazza Tritoni u diversi toroq u pjazez fil-Belt Valletta. Ejja u ixtri mingħand intraprendituri kreattivi fl-Eko Market mifrux tul Triq it-Teatru l-Antik u jaf tinzertaw flash mob minn Dancel Dance Studio f’diversi toroq u pjazez madwar il-Belt Valletta.

Il-Valletta Green Festival jospita diversi stands minn Ambjent Malta, ERA, EWA (Water Be the Change), Project Green, l-Eco Market, Missio u t-trakk tal-Wasteserv roadshow.

L-EIT Urban Mobility RIS Hub Malta se jippreżenta l-attivitajiet tal-Hub u jintroduċi opportunitajiet attwali u ġodda. Ser tkun ppreżentata wkoll il-Walk Diary, attività favur il-familja mmirata lejn tfal ta’ bejn is-6 u t-12-il sena li tistieden lill-parteċipanti jimxu madwar il-Belt Valletta u jirreġistraw l-esperjenza tagħhom f’djarju. Ser naraw ukoll GoNature, logħba interattiva li tiffoka fuq l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura. Il-proġett MOVE for Trees intant jistieden lill-parteċipanti għal inizjattiva ta’ azzjoni kollettiva li tippromwovi attività fiżika u mobilità sostenibbli li permezz tagħha ser jitħawwlu siġar u arbuxelli fl-Iskola Primarja tal-Belt Valletta.

Is-Sibt 6 ta’ Mejju u l-Ħadd 7 ta’ Mejju titilfux l-Eko Market – sinonimu għal bejjiegħa ta’ oġġetti magħmulin bl-idejn, u li huma eko-fiendly u sostenibbli,  fi Triq it-Teatru l-Antik. Stenna varjetà ta ‘prodotti u servizzi għall-adulti u t-tfal fosthom prodotti tas-sbuħija, ġojjelli u oġġetti tal-moda, pitturi, oġetti dekorattivi u ħafna aktar.

Min jidħol il-Belt Valletta s-Sibt filgħodu jaf jinzerta flash mob minn Dancel Dance Studio f’diversi toroq u pjazez madwar il-Belt Valletta, bejn l-10,30am u nofsinhar. F’koreografija ta’ aktar minn 50 żeffien ser titqajjem kuxjenza dwar kwistjonijiet ambjentali.

A photo showing the fantasy garden in St George's Square, Valletta
Ritratt li juri l-‘Ġnien tal-Ħolm’ fi Pjazza San Ġorġ, Valletta

Pjazza Tritoni

Wasteserv tippreżenta l-kampanja tagħha ‘Separate right, make our future bright’, immirata biex ittejjeb ir-riċiklaġġ u tiġġenera aktar għarfien dwar ir-rimi tal-iskart. Ejja u tgħallem aktar dwar is-separazzjoni xierqa tal-iskart filwaqt li tiltaqa’ mal-maskots. Ir-Roadshow titella’ bejn it-8am u t-8pm l-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ħadd b’ħinijiet estiżi sal-10pm il-Ġimgħa u s-Sibt. Il-Mascots se jkunu preżenti mill-4pm sat-8pm il-Ġimgħa, bejn id-9am u nofsinhar u mill-4pm sal-10pm is-Sibt kif ukoll mid-9am sa nofsinhar u mill-4pm sat-8pm il-Ħadd.

Event Spaker:

Led by the award-winning author of 100 Conversations for Career Success, and CEO of the career management firm.

Executive XpeedStudio LLC

Sr. Engineer XpeedStudio LLC

Product Lead XpeedStudio LLC

Share on Social

Related Events

An image showing participants at one of the Fifty Six Design Talks at the Valletta Design Cluster
Design

FiftySix Design Talks

24/04/2024
Valletta Design Cluster

Mezzi Innovattivi għall-Mobilità FiftySix Design Talks qed jipprepara

An image showing Christmas lights during Christams in the Capital
Christmas

Christmas in the Capital

25/11/2024 - 24/12/2024
Madwar il-Belt Valletta

Iċċelebra l-istaġun tal-Milied permezz tal-Programm imżewwaq b’attivitajiet tal-Aġenzija

Definitely Dylan
Music

Definitely Dylan

12/10/2024

Il-kantant u kantawtur straordinarju Bob Dylan, rebbieħ tal-Premju