start date
map icon

Threaded Fine

01/01/1970

Threaded Fine

Din il-produzzjoni ġdida mill-koreografu Ingliża Rosemary Lee hija parti mill-istaġun ta’ ŻfinMalta. Tinvolvi kast ta’ 24 ruħ li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn it-8 snin sa ‘l fuq minn 70 sena, inklużi Lee nnifisha u żeffiena ta’ ŻfinMalta.
 
Fuq medda ta’ 5 sigħat, se jittellgħu 24 rappreżentazzjoni individwali, waħda wara l-oħra, akkumpanjati minn kolonna sonora live u oħra rrekordjata. Kollox jibda mill-iżgħar żeffiena sa dawk l-aktar adulti. L-udjenza tista’ titlaq u tiġi x’ħin trid, jew tibqa’ hemm għall-avveniment kollu.
 
Dan il-proġett huwa kollaborazzjoni bejn l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, il-British Council, id-Dipartiment tal-Istudji taż-Żfin, l-Iskola tal-Arti Performattiva, l-Università ta’ Malta, u Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.

Event Spaker:

Led by the award-winning author of 100 Conversations for Career Success, and CEO of the career management firm.

Executive XpeedStudio LLC

Sr. Engineer XpeedStudio LLC

Product Lead XpeedStudio LLC

Share on Social