start date February 18, 2023
map icon

The Spirit of ’73

18/02/2023

The Spirit of ’73

A photo showing artist David Cassar Torreggiani

Is-sena 1973 kienet sena mimlija avvenimenti ta’ kull tip. Madankollu, l-1973 – preċiżament 50 sena ilu – probabbilment se tibqa’ mfakkra l-aktar għall-pletora ta’ mużika mill-aqwa li ġiet ħarġet matul dik is-sena; mużika li mhux biss għelbet it-test taż-żmien iżda hija meqjusa bħala ‘klassika’ u memorabbli għal diversi ġenerazzjonijiet ta’ dilettanti tal-mużika. David Bowie ħareġ żewġ albums fl-’73, kif għamlu Bob Marley u the Wailers. Doobie Brothers, Aerosmith, Deep Purple, Rolling Stones, Paul McCartney’s Wings, Elton John u Steve Miller kollha ħarġu b’albums li huma meqjusa bħala vera kapolavuri, kif għamlu Alice Cooper, ZZ Top, The Eagles, Lynyrd Skynyrd, Stevie Wonder u Bob Dylan, fost bosta oħrajn. Din kienet ukoll is-sena ewlenija għal Pink Floyd, fejn ħarġu Dark Side of The Moon, album li għadu meqjus minn ħafna bħala fost l-aqwa diski LP li qatt inħolqu; album li sal-lum stess huwa wieħed mill-aqwa bejjiegħa ta’ kull żmien.

Bħala ċelebrazzjoni tal-50 anniversarju ta’ din is-sena tumultuża għalkemm kreattiva ħafna, speċjalment fil-qasam tal-mużika, l-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta (VCA) permezz tal-programm tagħha STRADA STRETTA se torganizza kunċert bl-isem THE SPIRIT OF ’73, is-Sibt 18 ta’ Frar fit-8:30pm fil-bar SILVER HORSE fi Strada Stretta (kantuniera ma’ triq San Kristofru). L-avveniment iservi wkoll bħala speċi ta’ avveniment nostalġiku li jiħodna lura fi żmien meta Strada Stretta kienet għadha fl-aqwa tagħha. Id-dħul għall-avveniment huwa b’xejn. Peress li l-avveniment jikkoinċidi mal-attivitajiet tal-Karnival fil-kapitali, dawk li jattendu huma mistiedna jilbsu ilbies tas-snin 70 jew kostum.

Il-mużika live tal-lejl se tkun ipprovduta minn the Strait Collective, band iffurmata għall-okkażjoni grazzi għal uħud mill-mużiċisti u kantanti l-aktar magħrufa, fosthom David Cassar Torreggiani u Charles Busuttil, Daryl Ebejer, Kenneth Calleja, Fiona Cauchi, Nigel “Noogie” Buttigieg u Kersten Graham, il-mużiċisti Peter Borg, Gianluca Busuttil, Luigi Busuttil u Andre Schembri, kif ukoll bħala mistieden speċjali, l-awtur Taljan, mużiċist u l-kitarrist Fabrizio Fedele.

Executive XpeedStudio LLC

Sr. Engineer XpeedStudio LLC

Product Lead XpeedStudio LLC

Share on Social

Related Events

An image showing musicians playing Cuban music
Music Nightlife

Hoskuban

18/02/2023 - 01/01/1970

Għal ftit sigħat, rokna moħbija tal-Belt Valletta se

A photo showing musical darling MAry Spiteri in performance
Film

Tnejn għat-Talkies: The Apartment (Billy Wilder, 1960)

18/02/2023 - 01/01/1970

The Apartment huwa kummiedja u drama romantika Amerikana

A photo showing a pair of hands holding a heart in rainbow colours
Festival

EuroPride Valletta 2023

18/02/2023 - 01/01/1970

Din is-sena l-Belt Valletta se tkun qed tospita