start date
map icon

TEMPO

01/01/1970

TEMPO

Fil-25 ta’ Lulju, id-DJ lokali ta’ fama internazzjonali Tenishia se jingħaqad għal darb’oħra mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali għal kunċert fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta, wara s-suċċess li kiseb TEMPO fl-ewwel edizzjoni tiegħu fl-2018. Kollox jibda mit-8pm ‘il quddiem, u d-dħul huwa bla ħlas.
 
<iframe width=”1000″ height=”600″ src=”https://www.youtube.com/embed/2TZQGlp0SFg” frameborder=”0″ allow=”accelerometer; autoplay; clipboard-write; encrypted-media; gyroscope; picture-in-picture” allowfullscreen></iframe>
 
Taħt id-direzzjoni ta’ Roderick Bugeja, l-udjenza tista’ tistenna taħlita ta’ siltiet popolari mill-ġeneri muzikali Trance u House, b’ kanzunetti minn artisti internazzjonali bħal Dash Berlin u Armin Van Buuren. Waqt dan il-kunċert se titfakkar ukoll il-memorja tal-kompożitur, surmast u mużiċista Taljan Ennio Morricone li miet ftit tal-jiem ilu. Jieħdu sehem ukoll il-kantanti lokali Ivan Grech, Brooke, AIDAN u Nicole Frendo, fi spettaklu bi produzzjoni ta’ Damian Mizzi u b’arranġamenti orkestrali ta’ Aurelio Belli. The Brass House Unit se jkunu qed jallegraw lill-udjenza qabel ma jibda l-kunċert.
 
L-ewwel edizzjoni ta’ TEMPO, li saret fil-ftuħ ta’ Valletta 2018, il-Kapitali Ewropea tal-Kultura, kienet ta’ suċċess kbir fost il-pubbliku Malti, u għalhekk l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali qed jikkollaboraw flimkien għal darb’oħra biex tittella’ edizzjoni sajfija ta’ dan il-kunċert, bħala parti minn sensiela ta’ attivitajiet sajfin li qed jittellgħu ġewwa l-Belt Kapitali mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Dan l-avveniment qed jittella’ bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u l-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.

Event Spaker:

Led by the award-winning author of 100 Conversations for Career Success, and CEO of the career management firm.

Executive XpeedStudio LLC

Sr. Engineer XpeedStudio LLC

Product Lead XpeedStudio LLC

Share on Social

Related Events

An image showing a portrait depicted by Anthony Spagnol
Visual Arts

Visual Arts Exhibition: Anthony Spagnol

03/12/2024 - 08/01/2025
Il-Palazz tal-Granmastru, Il-Belt Valletta

Għall-wirja annwali tal-arti viżiva ta’ din is-sena, il-VCA

An image showing compoiser Giuseppe Verdi
Music

Ir-Requiem ta’ Verdi

23/11/2024
Dar il-Mediterran Għall-Konferenzi, Il-Belt Valletta

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta bi pjaċir tippreżenta kunċert

A photo showing attendees during the Valletta Local Food Festival
Gastronomy

Valletta Local Food Festival

18/10/2024 - 20/10/2024
Valletta Design Cluster

Lest għal avventura kulinari fil-Valletta Design Cluster, fejn