The Strada Stretta Concept, parti mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, qed jorganizza il-kunċert Splendid Beethoven at Splendid fis-6 u s-7 ta’ Settembru, fis-19.30, ġewwa ‘The Splendid’ fi Strada Stretta. Dan l-avveniment fuq jumejn se jikkonsisti f’kunċert minn wieħed mill-aktar mużiċisti bravi Maltin, il-pjanista u s-surmast Brian Schembri. Minħabba r-restrizzjonijiet marbuta mal-Covid-19, Splendid Beethoven at Splendid se jsir f’żewġt iljieli separati għal udjenza limitata.
Fl-okkażjoni tal-250 sena anniversarju mit-twelid ta’ Ludwig van Beethoven, Brian Schembri se jkun qed jippreżenta x-xogħol ikoniku ta’ Beethoven, il-Piano Sonata No. 29.
Große Sonate für das Hammerklavier, magħruf ukoll sempliċement bħala l-Hammerklavier, dan huwa wieħed mill-aktar xogħlijiet magħrufa ta’ Beethoven, u ta’ sfida kemm għall-mużiċist kif ukoll għall-pubbliku, minħabba d-densità tal-ħsieb li jinvolvi u l-ħila teknika meħtieġa biex tindaqq din il-biċċa. Mhux sorpriża li meta x-xogħol kien inizjalment ippubblikat fi Vjenna, x-xogħol ġie deskritt bħala “perfezzjoni artistika”.
Bil-viżjoni tad-Direttur Artistiku, il-Professur Giuseppe Schembri Bonaci, Strada Stretta Concept jirnexxielu jgħaqqad flimkien id-dinja tal-kultura għolja mal-aċċessibilità tal-kultura popolari. Dan l-approċċ ser jerġa’ jintuża sabiex l-udjenza jkollha l-opportunità li tisma’ l-preżentazzjoni ta’ dan il-kapolavur minn Brian Schembri f’ambjent każwali iżda intimu, għall-kuntrarju tal-ambjent tipiku ta’ sala ppakkjata għal kunċert formali.
Għal aktar informazzjoni, segwi l-paġni ta’ Facebook ta’ The Strada Stretta Concept u Valletta Cultural Agency. Jekk jogħġbok innota li minħabba r-restrizzjonijiet preżenti, mhux aktar minn 13-il persuna se jitħallew jattendu għall-prestazzjoni. Il-maskri għandhom jintlibsu ġewwa għat-tul kollu tal-prestazzjoni. Dħul huwa fuq bażi ‘first come first served’, u bla ħlas.
Event Spaker:
Led by the award-winning author of 100 Conversations for Career Success, and CEO of the career management firm.