Fl-okkażżjoni tal-maltabiennale.art 2024, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed tikkommemora lil Ray Mahoney,Ray Mahoney, ġgant fil-mużika u l-poeżija Maltija, naqqax ismu fil-qasam kulturali bil-brillanza artistika tiegħu. Magħruf għall-kontribut tiegħu għal-letteratura, il-mużika, u l-kultura, il-legat ta’ Mahoney jinkludi “Ġensna” (1982), Rock Opera patrijottika li fiha ħallat b’ħila kbira r-realiżmu, l-emozzjoni u t-trijonf. Il-vjaġġ kreattiv tiegħu kompla b’għaxar musicals oħra, fosthom “Bastilja”, “Ulied in-Nanna Venut fl-Amerika”,”Manwel! Manwel!”u “It-Tfajla tal-Palazz”.
Il-biljetti issa huma disponibbli! Agħfas hawn biex tirriserva postok.