start date
map icon

Imnalla fl-aħħar ħriġna

01/01/1970

Imnalla fl-aħħar ħriġna

The Strada Stretta Concept, parti mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, qed jorganizza l-avveniment li jmiss wara l- pandemija, Imnalla fl-aħħar ħriġna fis-6 ta’ Awwissu fit-20.30. Dan il-kunċert mużikali uniku bil-parteċipazzjoni ta’ uħud mill-aqwa mużiċisti u kantanti Maltin se jippreżenta taħlita ta’ stili mużikali differenti.
 
Wieħed jista’ jistenna taħlita ta’ jazz, opra u għana fi Strada Stretta, kantuniera ma’ Triq it-Teatru l-Antik.
 
Imnalla fl-aħħar ħriġna, taħt id-direzzjoni artistika ta’ Giuseppe Schembri Bonaci, ser jinkludi 13-il artist. Il-grupp ta’ għannejja se jdoqqu l-kitarra u jkantaw mal-artisti Clare Ghigo, Charles Vincenti, Ken Scicluna u Louis Andrew Cassar. Mużiċisti oħrajn jinkludu lil Sammy Murgo fuq is-sassofonu, Joe ‘Bibi’ Camilleri fuq id-drums, u Dominic Cutajar u Tom Armitage fuq il-pjanu.
 
Għal iktar informazzjoni segwi l-paġni ta’ The Strada Concept u Valletta Cultural Agency fuq Facebook. Dħul huwa bla ħlas u miftuħ għal kulħadd.

Event Spaker:

Led by the award-winning author of 100 Conversations for Career Success, and CEO of the career management firm.

Executive XpeedStudio LLC

Sr. Engineer XpeedStudio LLC

Product Lead XpeedStudio LLC

Share on Social