start date November 22, 2023
map icon Il-Belt, Valletta

FiftySix Design Talk: Bizzilla

22/11/2023
6:30 PM - 7:30 PM
Valletta Design Cluster,Il-Belt, Valletta

FiftySix Design Talk: Bizzilla

A hero image showing the FiftySix Design Talk Series Brand

Wara t-tnedija b’suċċess tas-serje ta’ taħdidiet dwar id-disinn FiftySix, t-tema għall-avveniment li ġej hija l-Bizzilla u ser titella’ fit-22 ta’ Novembru fil-Valletta Design Cluster, fis-6,30pm.

Ingħaqad magħna biex nisimgħu mingħand il-kelliema Nico Conti u Gabriella Lukacs. Gabriella Lukacs, li tipprattika l-moda sostenibbli, hija l-fundatriċi tad-ditta tal-moda Gabe, filwaqt li Nico Conti, magħruf għax-xogħlijiet tiegħu stampati 3D, jgħaqqad it-tradizzjoni u t-teknoloġija, u jsib l-ispirazzjoni fil-wirt nazzjonali Malti. Titlifx dan l-avveniment!

FiftySix hija serje ta’ diskussjonijiet ta’ kull xahar organizzata b’mod konġunt mill-Golden Glitch u l-Valletta Design Cluster. Dan l-avveniment uniku jlaqqa’ flimkien id-disinjaturi, il-produtturi u d-dilettanti tad-disinn biex jesploraw u jiddiskutu prattiki u proġetti tad-disinn kontemporanji.

Kull attività ta’ FiftySix issir kull xahar nhar ta’ Erbgħa f’inżul ix-xemx fil-Foyer tal-Valletta Design Cluster. Il-format jikkonsisti minn żewġ disinjaturi, fejn kull wieħed minnhom se jkollu 14-il minuta biex jippreżenta l-proġetti tiegħu, u wara jkun hemm sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet ta’ 14-il minuta. F’56 minuta biss, se tkun involut f’esperjenza konċiża u ffukata li trawwem diskussjonijiet sinifikanti.

Apparti t-taħditiet, FiftySix toffri opportunità imprezzabbli biex tibni relazzjonijiet. Wara l-preżentazzjonijiet, ikun hemm sessjoni ta’ netwerking vibranti, li tipprovdi pjattaforma għall-parteċipanti biex jinvolvu ruħhom, jiskambjaw ideat, u jrawmu kollaborazzjonijiet ġodda.

 

Event Spaker:

Led by the award-winning author of 100 Conversations for Career Success, and CEO of the career management firm.

Executive XpeedStudio LLC

Sr. Engineer XpeedStudio LLC

Product Lead XpeedStudio LLC

Venue Direction:

From the moment you embark on a job search, you are inundated with “do this, do that,” by well-intentioned friends and colleagues. But, all of those random

360° Live Tour:

From the moment you embark on a job search, you are inundated with “do this, do that,” by well-intentioned friends and colleagues. But, all of those random

Share on Social

Related Events

A blue and purple wave pattern showing the fiftysix design talk series brand
Design

Fifty Six Design Talks

29/05/2024
Valletta Design Cluster

Crafting Stories Through Fashion and Shoes Dan ix-xahar,

A photo showing a group of people holding plackards with messages about the planet
Visual Arts

No.site.studio x VDC

21/05/2024
Valletta Design Cluster

Is-serje ta’ workshops innovattivi No.site.studio x VDC huma

An image showing Christmas lights during Christams in the Capital
Christmas

Christmas in the Capital

25/11/2024 - 24/12/2024
Madwar il-Belt Valletta

Iċċelebra l-istaġun tal-Milied permezz tal-Programm imżewwaq b’attivitajiet tal-Aġenzija