start date
map icon

Cinema City 2020

01/01/1970

Cinema City 2020

Bejn il-25 u t-28 ta’ Ġunju, lejliet l-Imnarja, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta se tkun qed torganizza erba’ serati li waqthom se jintwerew films fil-miftuħ fl-ispazju aħdar ta’ Ġnien Laparelli fil-Belt Valletta li jinsab taħt id-dħul ewlieni tal-Belt, u li kien inawgurat fl-2018 fis-sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura. Dawn il-wirjiet ta’ films huma adattati għall-familja kollha u d-dħul huwa bla ħlas għal kulħadd.
 
Il-films li se jkunu qed jintwerew huma Jurassic World (il-Ħamis 25 ta’ Ġunju), World War Z (il-Ġimgħa 26 ta’ Ġunju), The Greatest Showman (is-Sibt 27 ta’ Ġunju), 13 Hours: The Secret Soldiers of Benghazi u Captain Phillips (il-Ħadd 28 ta’ Ġunju). Il-films jibdew fit-8pm, u fil-każ tal-Ħadd, it-tieni film jibda’ fl-10.15pm. World War Z, 13 Hours: The Secret Soldiers of Benghazi u Captain Phillips huma kollha films li jinkludu xeni li ġew maħduma f’pajjiżna u fit-toroq tal-Belt Valletta, u għalhekk għandhom rabta speċjali mal-Kapitali tagħna.
 
<iframe width=”1000″ height=”600″ src=”https://www.youtube.com/embed/Yy4TLfyh9hM” frameborder=”0″ allow=”accelerometer; autoplay; clipboard-write; encrypted-media; gyroscope; picture-in-picture” allowfullscreen></iframe>
 
Id-dħul ewlieni għal Cinema City fi Ġnien Laparelli huwa permezz tat-taraġ u l-lift li jinsabu ħdejn il-bini tal-Parlament. Dawk li ġejjin bil-karozza jistgħu jipparkjaw fil-foss ta’ San Ġakbu u Ġnien Laparelli, li d-dħul għalih hu minn Triq l-Assedju l-Kbir. Id-dħul huwa bla ħlas, madanakollu se jkun hemm numru limitat ta’ siġġijiet. Għalhekk, dawk li jixtiequ jattendu għandhom jiksbu biljett mill-uffiċju tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, il-Ministeru għat-Turiżmu jew il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Biljetti se jkunu disponibbli fuq bażi ‘first come, first served’.
 
Matul l-istess ġranet se jkun hemm ukoll sfilata ta’ kostumi artistiċi ġewwa t-toroq ewlenin tal-Belt Valletta, bejn is-6pm u t-8pm. Il-pubbliku huwa mistieden li jżur it-toroq tal-Belt qabel ma jattendi għall-wirjiet tal-films ġewwa Ġnien Laparelli, sabiex jammira dawn il-kostumi kkuluriti.

Event Spaker:

Led by the award-winning author of 100 Conversations for Career Success, and CEO of the career management firm.

Executive XpeedStudio LLC

Sr. Engineer XpeedStudio LLC

Product Lead XpeedStudio LLC

Share on Social

Related Events

An image showing a portrait depicted by Anthony Spagnol
Visual Arts

Visual Arts Exhibition: Anthony Spagnol

03/12/2024 - 08/01/2025
Il-Palazz tal-Granmastru, Il-Belt Valletta

Għall-wirja annwali tal-arti viżiva ta’ din is-sena, il-VCA

A photo showing St George's Square during the Valletta Green Festival
Festival

Valletta Green Festival 10th Edition

03/05/2024 - 12/05/2024
Pjazza San Ġorġ, Il-Belt Valletta

Agħmel passejn fi ġnien fantastiku f'wieħed mill-ispazji miftuħa

A photo showing attendees during the Valletta Local Food Festival
Gastronomy

Valletta Local Food Festival

17/10/2024 - 19/10/2024
Valletta Design Cluster

Lest għal avventura kulinari fil-Valletta Design Cluster, fejn