start date June 14, 2023
map icon Valletta

Hoskuban

14/06/2023
8:30 PM
Mae West, Strait Street,Valletta

Hoskuban

An image showing musicians playing Cuban music

Għal ftit sigħat, rokna moħbija tal-Belt Valletta se tieħu togħma ta’ Kuba bis-saħħa ta’ prestazzjoni tant mistennija minn HosKuban fil-Mae West fi Strada Stretta, nhar l-Erbgħa 14 ta’ Ġunju fit-8:30pm.

Din il-prestazzjoni fil-beraħ se ssir f’dak li bla dubju huwa wieħed mill-aktar postijiet mistura tal-Belt Valletta: il-bitħa mill-isbaħ tal-bar Mae West fis-sezzjoni ta’ Strada Stretta magħrufa aħjar bħala The Gut. Il-post, li jista’ jospita udjenza ta’ madwar 300 ruħ, se jkun qed jospita t-tieni prestazzjoni ta’ HosKuban, wara d-debutt tagħhom matul in-Notte Bianca tal-2022, bit-taħlita tagħhom ta’ ritmi Afro-Kubani, Mambo, Salsa u Jazz. Il-membri ta’ HosKuban huma kollha mużiċisti tal-Jazz veterani b’tendenza għall-‘ĦosKuban’. Dawn jinkludu Adrian Galea Lucas fuq Congas u perkussjoni, Adrian ‘Ir-Russu’ Brincat fuq Tromba, Warren Galea fuq il-kitarri, Emanuel Pulis fuq it-tnabar, Gregory Camilleri fuq il-pjanu, Walter Vella fuq is-sassofonu u flawt, Anthony ‘Il-Fesu’ Saliba fuq bass u Joseph Camilleri Jnr. ‘Il-Bibi’ fuq il-perkussjoni. Dawk li jattendu l-avveniment se jgawdu sett list sħiħ mimli bl-aqwa mużika Kubana/Jazz, fosthom standards bħal Manteca (Dizzy Gillespie & Chano Pozo Gonzalez), Mambo Inn (Mario Bauza’, Grace Sampson, Bobby Woodlen), Caravan (Juan Tizol & Duke Ellington), kif ukoll Mambo Influenciado ta’ Chucho Valdez, fost ħafna oħrajn.

M’hemmx għalfejn ngħidulkom… ejjew ppreparati biex tiżfnu!

Id-dħul huwa bla ħlas. Dan l-avveniment huwa inizjattiva fi ħdan il-programm Strada Stretta tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Event Spaker:

Led by the award-winning author of 100 Conversations for Career Success, and CEO of the career management firm.

Executive XpeedStudio LLC

Sr. Engineer XpeedStudio LLC

Product Lead XpeedStudio LLC

360° Live Tour:

From the moment you embark on a job search, you are inundated with “do this, do that,” by well-intentioned friends and colleagues. But, all of those random

Share on Social

Related Events

A photo showing fireballs during the Valletta Pageant of the Seas
Festival

Valletta Pageant of the Seas

22/06/2024
Grand Harbour, Valletta

Dan l-avveniment eċċitanti li jittella’ kull sentejn jirritorna

A photo showing singers during Opera in the Capital
Music

Opera in the Capital

30/08/2024
St George's Square, Valletta

This year’s edition of Opera in the Capital

A photo showing singers during Opera in the Capital
Music

Opera in the Capital

30/08/2024
Pjazza San Ġorġ, Valletta

L-edizzjoni ta’ din is-sena tal-kunċert Opera in the