start date November 6, 2020
map icon

Malta International Double Bass Days in Valletta

06/11/2020 - 09/11/2020

Malta International Double Bass Days in Valletta

Jirritorna l-Malta International Double Bass Days! Din iċ-ċelebrazzjoni ta’ mużika u tal-kontrabaxx se ssir bejn is-6 u t-8 ta’ Novembru, bil-Belt Valletta sservi bħala x-xenarju ewlieni waqt li il-festival ser iseħħ online. Il-festival huwa kompletament bla ħlas u miftuħ għal kulħadd. Irreġistra fuq [maltabass.com](https://maltabass.com/index.php/apply-now/) biex tipparteċipa!
 
Imtella’ b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, il-festival ta’ tlett ijiem jikkonsisti f’lezzjonijiet, masterclasses u workshops, ma’ mużiċisti u għalliema ta’ fama internazzjonali u huwa miftuħ għal kulħadd.
 
Il-festival jista’ jiġi segwit minn kulħadd, irrispettivament mill-età, kemm minn min għadu fil-bidu, kif ukoll min hu professjonist, fuq il-kuntrabaxx u l-kitarri baxxi.
 
Il-festival ser jinkludi ukoll prestazzjonijiet b’xejn għall-pubbliku ġenerali li ser jiġu murija għall-ewwel darba fuq Facebook. Dawn il-kunċerti, jinkludu l-parteċipazzjoni tal-istudenti u l-għalliema, mużiċisti mistiedna, tuturi u mużiċisti oħrajn li jinkludu lil Diego Zacharies (Urugwaj), Boguslaw Furtok (Polonja), Jason Heath (l-Istati Uniti), Simon Garcia (Spanja), Jiri Hudec (Repubblika Ċeka), Rufus Reid (l-Istati Uniti), Gjorgji Cincievski (Malta), u Michelle Scicluna (Malta).
 
[Aqra aktar](https://www.vca.gov.mt/mt/news/malta-international-double-bass-days-returns-online)

Event Spaker:

Led by the award-winning author of 100 Conversations for Career Success, and CEO of the career management firm.

Executive XpeedStudio LLC

Sr. Engineer XpeedStudio LLC

Product Lead XpeedStudio LLC

Share on Social