Kevin J Drake m’għandu bżonn l-ebda introduzzjoni fis-setturi tal-arti, il-kultura, id-divertiment u l-midja f’Malta u għandu esperjenza ta’ aktar minn 40 sena. Edukatur, ġurnalist, xandar u professjonist fil-komunikazzjoni u l-PR, Drake kien minn ta’ quddiem f’ħafna mill-isferi varji relatati mal-arti tal-gżira, kemm bħala protagonist, kif ukoll f’diversi rwoli organizzattivi u ta’ produzzjoni.

Drake tħarreġ f’Malta, fl-Italja, u fir-Royal Academy of Dramatic Art (RADA) f’Londra, fejn speċjalizza fid-drama Xejksperjana.