L-ikel huwa parti mill-esperjenza umana. Minbarra li huwa bżonnjuż sabiex ngħixu, l-ikel huwa wkoll forma ta’ espressjoni kulturali fejn kull pajjiż għandu l-ikel tipiku tiegħu, li jenfasizza forma ta’ tradizzjoni li hija unika għal dak ir-reġjun. Il-Valletta Local Food Festival jippromwovi u jiċċelebra x-xena kulinari Maltija, il-manifatturi tal-ikel lokali u l-varjetà ta’ ingredjenti u riċetti li jiġu prodotti. Kull lejl se jenfasizza prodott jew teknika lokali differenti fil-binja tal-Valletta Design Cluster.